Tuesday, January 21, 2025

Ċertifikat ieħor ta’ fiduċja fil-miri fiskali tal-Gvern Malti

Aqra wkoll

Il-gvern jilqa’ l-approvazzjoni tal-Budget fiskali ta’ pajjiżna mill-Kunsill Ewropew u jinnota att ta’ fiduċja fl-amministrazzjoni finanzjarja ta’ pajjiżna mill-Gvern ta’ Malta.

L-Unjoni Ewropea nnutat it-triq fid-direzzjoni t-tajba li qed jaħdem fiha pajjiżna biex jindirizza t-tnaqqis fid-defiċit, l-investiment permezz tan-nefqa u l-pjan fiskali ta’ pajjiżna wara li l-gvern ressaq Budget li kien jinvolvi miżuri kbar ta’ investiment fil-poplu fosthom l-għaxar żieda fil-pensjonijiet, żieda qawwija oħra ta’ €250 għal kull wild fiċ-children’s allowance u l-akbar tax-cut fl-istorja. Dan apparti t-tkomplija tal-għajnuna kbira li qed jagħti fil-qasam tal-enerġija favur stabbiltà fil-prezzijiet tal-elettriku u tal-fjuwil. Il-Budget iħares biex pajjiżna jimxi għal-livell li jmiss quddiem bidliet importanti dawk ambjentali u diġitali.

Il-gvern kommess li jkompli jamministra b’għaqal il-finanzi b’rispett li jkompli jsaħħaħ il-qagħda fiskali filwaqt li jkompli joħloq tkabbir ekonomiku li jirriżulta f’ġid ta’ kwalità għall-familji Maltin u Għawdxin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport