Wednesday, July 24, 2024

ĊERTIFIKATI POŻITTIVI FL-UGWALJANZA U L-INKLUSSIVITÀ

Aqra wkoll

Fil-qasam tad-drittijiet ċivili, Malta qed tkompli teċċella u tikseb riżultati eċċellenti. F’temp ta’ ġimgħa waħda biss, pajjiżna kiseb żewġ ċertifikati pożittivi minn
organizzazzjonijiet internazzjonali u awtorevoli fil-qasam tal-ugwaljanza u l-inklussività.

Dan kollu huwa xhieda ta’ kemm ir-riformi li saru u qed isiru f’dan il-qasam kienu meħtieġa biex taw drittijiet ċivili ġodda li sa ftit snin ilu kienu meq jusa bħala ħolma. Għandna tassew għalfejn inħossuna kburin illi għal disa’ snin konsekuttivi, Malta kklassifikat fl-ewwel post fil-klassifika ta’ ILGA-Europe Rainbow Map Equality Index.

Dan l-indiċi janalizza s-sitwazzjoni tad-drittijiet ċivili fir-rigward ta’ persuni LGBTIQ+ f’49 pajjiż madwar l-Ewropa. Dan ir-rapport isegwi dak tal-Aġenzija
Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali talbniedem li juri li l-persuni LGBTIQ+ f’Malta mhux biss kisbu drittijiet ċivili ġodda iżda huma integrati u aċċettati fis-soċjetà u hemm inqas diskriminazzjoni u preġudizzji kontrihom f’Malta milli hemm bħala medja fil-pajjiżi Ewropej.

Dawn ċertament huma riżultati li jagħtuna sodisfazzjon kbir. Madanakollu aħna konvinti illi l-gvern se jibqa’ impenjat li f’pajjiżna titrawwem mentalità u kultura favur l-ugwaljanza u l-inklussività biex kull persuna, hi x’inhi l-orjentazzjoni sesswali tagħha tkun trattata b’rispett u dinjità kif jixraq.

Filwaqt li huwa importanti li kulħadd jirrikonoxxi l-avvanzi kbar li saru f’dan il-qasam, ma jfissirx iżda li wasalna fejn irridu naslu. Dan billi għadna nisimgħu kummenti ta’ disprezz, l-iktar fuq il-mezzi soċjali, lejn il-komunità LGBTIQ+.

Dawn l-unuri lil Malta minn għaqdiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem
għandhom jiddistingwu lil pajjiżna bħala poplu li kien kapaċi jegħleb il-preġudizzji tal-passat u għaraf li jkompli miexi ’l quddiem b’aktar riformi li jikkumbattu kull xorta ta’ diskriminazzjoni, hi ta’ liema forma hi.

F’dan il-kuntest ukoll nilqgħu b’sodisfazzjon l-aħbar li l-Gvern se jintroduċi liġi li biha titneħħa d-diskriminazzjoni fil-pagi ta’ ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol fl-istess post tax-xogħol.

Iżda, biex dawn l-għanijiet progressivi jintlaħqu fit-totalità tagħhom jeħtieġ
li kulħadd jaċċetta u jifhem li l-bnedmin huma l-istess irrispettivament mill-ġeneru, kulur jew twemmin tagħhom.

Ekonomija

Sport