Saturday, November 9, 2024

Cesar Azpilicueta fir-radar ta’ Barcelona

Aqra wkoll

Barcelona qed ikomplu jitkellmu mad-difensur ta’ Chelsea, Cesar Azpilicueta, dwar bidla għal Camp Nou fi tmiem l-istaġun 2021-22.

Il-player ta’ 32 sena reġa’ kien player importanti għall-Blues dan l-istaġun, fejn għamel 27 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u pprovda tliet assists fil-proċess.

Madankollu, il-kuntratt ta’ Azpilicueta fi Stamford Bridge għandu jiskadi dan is-sajf, u t-team ta’ Thomas Tuchel qed jitħabtu biex jiftiehmu estensjoni mal-player internazzjonali ta’ Spanja.

Barcelona kienu marbuta b’mod qawwi mad-difensur fl-aħħar ġimgħat, filwaqt li Real Madrid huma wkoll maħsuba li qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq l-iżviluppi.

Il-ġganti Katalani għadhom f’taħditiet ma’ Azpilicueta u qed jittamaw li jġibuh fil-Camp Nou bi free transfer qabel l-istaġun li ġej.

L-Ispanjol qabel lagħab fil-La Liga ma’ Osasuna bejn l-2007 u l-2010 qabel ingħaqad ma’ Marseille, fejn qatta’ sentejn qabel ingħaqad ma’ Chelsea.

Sport