Id-difensur internazzjonali Spanjol, Cesar Azpilicueta, ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Chelsea biex xejjen rapporti li b’xi mod se jingħaqad ma’ Barcelona wara li dawn ilhom jiġru wara l-firma tiegħu sa mill-bidu tas-sajf.
Il-club ta’ Chelsea esprima s-sodisfazzjon tiegħu li Azpilicueta se jibqa’ fi Stamford Bridge għas-sentejn li ġejjin biex il-coach Thomas Tuchel jista’ jkompli jibni l-iskwadra tiegħu.