Friday, November 15, 2024

Cesar Azpilicueta jtemm 11-il sena ma’ Chelsea

Aqra wkoll

Il-captain ta’ Chelsea, Cesar Azpilicueta, temm 11-il sena mgħobbija bit-trofew fil-club u ffirma kuntratt ta’ sena ma’ Atletico Madrid.

Id-difensur ta’ 33 sena ta’ Spanja rebaħ kull unur disponibbli fi Stamford Bridge, inklużi żewġ titli tal-Premier League u ċ-Champions League. Huwa kien fadallu 12-il xahar ieħor fil-kuntratt ma’ Chelsea. “Huwa diffiċli li nesprimi kif inħossi, kien vjaġġ inkredibbli,” huwa qal.

F’filmat fuq il-midja soċjali mtella’ mill-club, Azpilicueta bid-dmugħ f’għajnejh żied jgħid: “Inħoss li tajt kollox.”

Azpilicueta beda mal-club ta’ tfulitu, Osasuna, u qatta’ sentejn f’Marseille qabel temm trasferiment ta’ £6.5 miljuni ma’ Chelsea f’Awwissu 2012.

Id-difensur skorja 17-il goal f’508 dehra għall-club tal-Punent ta’ Londra, u segwa lil Gary Cahill bħala captain fl-2019.

Azpilicueta huwa wieħed minn sitt players biss li rebħu l-Premier League, FA Cup, League Cup, Champions League, UEFA Super Cup u FIFA Club World Cup, filwaqt li t-13-il dehra tiegħu fil-finali tat-tazzi huma rekord tal-club.

Azpilicueta rebaħ il-Premier League taħt Jose Mourinho fl-2015 u għal darb’oħra ma’ Antonio Conte fl-2017, u sar biss it-tieni captain ta’ Chelsea li għolla ċ-Champions League.

Dan kien fl-2021 meta t-team ta’ Thomas Tuchel għeleb lil Manchester City fil-finali, filwaqt li rebaħ ukoll l-Europa League darb­tejn fl-2013 u fl-2019.

Ekonomija

Sport