Il-manager ta’ Chelsea, Thomas Tuchel, issuġġerixxa li Cesar Azpilicueta x’aktarx li jibqa’ fi Stamford Bridge dan is-sajf.
Għal numru ta’ xhur, il-player tal-Blues ilu marbuta ma’ trasferiment ma’ Barcelona, riżultat tal-kuntratt tiegħu mistenni jiskadi fi tmiem l-istaġun.
Madankollu, dan l-aħħar il-player ta’ 32 sena attiva estensjoni għal sena minħabba li għamel numru stabbilit ta’ dehriet dan l-istaġun.
Minkejja rapporti li jindikaw li trasferiment ma’ Barcelona xorta jista’ jimmaterjalizza, Tuchel iħoss li hemm “probabbiltà kbira” li l-Ispanjol jibqa’ fil-Punent ta’ Londra.
Intant, Barcelona diġà qed jingħad li rebħu t-tellieqa biex jiffirmaw lid-difensur sieħbu ta’ Chelsea Andreas Christensen, b’Antonio Rudiger huwa mifhum ukoll li jinsab fuq ir-radar tal-Katalani.