Saturday, May 31, 2025

Champions League tal-waterpolo: Ferencvaros kontra Novi Beograd fil-finali tal-Ħadd

Aqra wkoll

VK NOVI BEOGRAD ……….. 15

ZODIAC BARCELONETA ……14

(3-3, 2-1, 1-3, 4-3; wara l-għoti tal-penalties)

Malta reġgħet ospitat lejla oħra indimentikabbli ta’ waterpolo elite. B’folla passjonata ​​mill-istands, il-Final Four irritornat għat-tieni edizzjoni konsekuttiva minn tlieta f’pajjiżna.

Iċ-champions renjanti Ferencvaros se jiffaċċjaw lil Novi Beograd fil-finali tal-Ħadd.

Novi Beograd reġgħu żammew sod – Finalisti fl-2022 u l-2023, huma reġgħu kisbu post fil-finali.

Kif ġara fl-aħħar dehra tagħhom fl-2023, huma waslu sal-finali wara li għelbu lil Barceloneta wara l-għoti tal-penalties fl-ewwel logħba tas-semifinali.

Meta ffaċċjaw liċ-champions Spanjoli Barceloneta f’konfront ieħor, Novi Beograd ħarġu kmieni b’vantaġġ ta’ 2-0 fl-ewwel perjodu u kellhom vantaġġ ta’ 6-4 fit-tielet sessjoni. Iżda l-Ispanjoli rreaġixxew b’mod qawwi, b’serje ta’ 3-0 biex dawru l-logħba u marru minn fuq 7-6.

It-tensjoni żdiedet fl-aħħar kwart tal-logħba. Alvaro Granados ta lil Barceloneta vantaġġ strett ta’ 9-8 mil-linja ta’ ħames metri, iżda Miroslav Perkovic u Dimitrios Skoumpakis biddlu s-sitwazzjoni għas-Serbi. Madankollu, b’sekonda fuq l-arloġġ, Burian Sforza l-ħin barrani.

Novi Beograd ħarġu rebbieħa wara l-għoti tal-penelties.

Sekwenza tal-Penalties: Perrone (B) skorja; Martinovic (N) skorja; Granados (B) skorja; Lukic (N) skorja; Vigvari (B) skorja; Dimitrijevic (N) skorja; Sanahuija (B) skorja; Vlahopoulos (N) skorja; Biel Lara (B); Cuk (N) skorja.

Novi Beograd: M. Glusac, B. Gbadamassi 1, D. Skoumpakis 2, V. Martinovic 2, M. Cuk 2, L. Gladovic 1, D. Vucinic, M. Dimitrijevic 1, M. Perkovic 1, A. Vlahopoulos, N. Lukic, D. Trtovic, F. De Michelis.

Barceloneta : U. Aguirre, M. Famera Kopencova, A. Granados 5, A. Munarriz 1, B. Sanahuija 1 V. Vigvari 1, B. Gomila, G. Burian 2, R. Tahull, F. Perrone, U. Biel Lara, A. Bustos Sanchez, N. Porter.

Referees: B. Margeta (Slovenja), F. Ohme (Ġermanja).

FTC TELEKOM …………..14

MAR CN MARSEILLE …….11

(5-2, 3-2, 2-4,4-3)

Ferencvaros qed ifittxu li jsiru l-ewwel tim Ungeriż li qatt jiddefendi t-titlu taċ-Champions League wara li għelbu lil Marseille b’mod konvinċenti. Madankollu, it-tim Franċiż, li ddebutta fil-Final Four, irid jiġi mfaħħar għall-ispirtu kumbattiv tagħhom.

Filwaqt li l-klabbs Ungeriżi rebħu din il-kompetizzjoni disa’ darbiet fil-passat, ħadd ma rnexxielu jiddefendi l-istaġun ta’ wara. Iżda Ferencváros, champions renjanti wara t-trijonf tas-sena l-oħra f’Malta, urew li huma serji li jerġgħu jiddefendu t-titlu.

Meta ffaċċjaw lil Marseille, l-Ungeriżi affermaw mal-ewwel id-dominanza tagħhom. Huma ħarġu ferm aggressivi, u kisbu vantaġġ ta’ 3-0. Għalkemm Andrija Prlainović wettaq reazzjoni tajba għall-Franċiżi, Ferencváros żammew sod u rritornaw fil-mistreieħ b’vantaġġ ta’ 8-4.

Stylianos Argyropoulos ikkompleta l-hat-trick tiegħu kmieni fit-tielet sessjoni, iżda wara rkupru qasir ta’ Marseille, il-veterani Michael Bodegas u Ugo Crousillat naqqsu d-distakk għal 9-7. Dan sabiex Márton Vámos reġa’ stabilixxa vantaġġ komdu għall-Ungreiżi.

Xorta waħda, it-tim Franċiż irrifjuta li jarmi x-xgaman. Prlainović u Bodegas it-tnejn skorjaw gowls oħra biex irreġsitraw hat-tricks personali u ġabu l-iskor indaqs għal 10-10 kmieni fir-raba’ sessjoni.

Iżda meta kien l-aktar importanti, Ferencváros sabu ritmu ieħor. Dusan Mandić u Erik Molnár irrestawraw il-vantaġġ tagħhom għal 12-10, u minkejja li Thomas Vernoux żamm lil Marseille fil-logħba, Miguel de Toro Domínguez għamilhom 13-11 qabel ma gowl tard fil-partita ta’ Nagy issiġilla r-rebħa għal Ferencvaros.

Ferencvaros: D. Szakonyi, D. Mandic 1, K. Manhercz 1, A. Nagy 2, M. Vamos 2, E di Somma, G. Argyropoulos 3, E. Molnar, V. Vigvari 1, S. Jansik 1, M. De Toro Dominguez 1, S. Vogel.

Marsilja: P. Tesanovic, D. Angyal, U. Crousillat 1, V. Spaic. A. Prlainovic 3, T. Vernoux 3, M. Larumbe, A, Bouet, R. Vernoux 1, M. Bodegas 3, P. Vanpeperstraete, A. Velotto, A. Hovhannysian.

Referees: A. Franulovic (Kroazja), M. Zwart (Olanda).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport