Ħafna qed isejħulha t-telenovela tas-sajf dik marbuta ma’ Charles de Ketelaere li bħalissa hu reġistrat ma’ AC Milan. Fil-fatt il-plejer Belġjan kellu jingħaqad ma’ Atalanta iżda wara ottimiżmu kbir li dan kollu seta’ jseħħ, jidher li hemm xi intoppi li qed ixekklu dan kollu.
Fil-fatt fid-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa bejn La Dea u i Rossoneri, hemm problema ekonomika u klawsoli fil-kuntratt u s’issa m’hemmx qbil unanimu fuq dawn id-dettalji.
Sadanittant, De Ketelaere ilbieraħ ma kienx imsejjaħ mill-kowċ Stefano Pioli għal-logħba ta’ ħbiberija li kellhom Milan kontra Trento u hu fatt magħruf li mhux fil-pjanijiet tiegħu għall-istaġun li ġej.