L-attakkant internazzjonali Belġjan Charles de Ketelaere kien wieħed mill-protagonisti għal Atalanta fir-rebħa li kellhom kontra Monza bl-iskor ta’ 3-0 fil-Gewiss Stadium.
Minkejja li ma skorjax, De Ketelaere ipprovda diversi assists lejn sħabu b’wieħed minnhom ikun deċiżiv fl-ewwel gowl tat-tim tiegħu. Flimkien ma’ Teun Koopmeiners u Matteo Ruggeri, i Bergamaschi taw wirja ta’ futbol mill-aqwa.
Fost kulħadd kompla jispikka De Ketelaere li wara d-diżappunt enormi li kellu ma’ AC Milan, dan sar l-idolu tal-partitarji wara biss tliet partiti.
De Ketelaere qal li jinsab kuntent fl-ewwel jiem tiegħu ma’ Atalanta u jittama li jkompli jgħin sabiex jagħti sodisfazzjonijiet kbar lill-partitarji tal-klabb.