L-istilla ta’ AC Milan Charles De Ketelaere ma attendietx għas-sessjoni ta’ taħriġ ta’ dalgħodu f’Milanello minħabba injury fil-muskoli u se jitlef il-partita ta’ għada kontra Chelsea.
Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena ġie introdott fit-tieni taqsima tal-logħba tas-Serie A tas-Sibt kontra Juventus iżda mhux se jkun disponibbli kontra Chelsea fiċ-Champions League għada. Huwa għandu jiġi sostitwit minn Brahim Diaz, li skorja kontra Juventus is-Sibt. De Ketelaere ħadem fil-gym dalgħodu filwaqt li Junior Messias irritorna fil-grawnd, parzjalment jitħarreġ mal-kumplament tat-tim.