Thursday, December 26, 2024

Charles Leclerc fil-pole position tal-GP tal-Belġju

Aqra wkoll

Is-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari), illum se jibda mill-ewwel pożizzjoni tal-Grand Prix tal-Belġju li se jsir fiċ-ċirkwit ta’ Spa-Francorchamps.

Huwa se jagħmel dan minkejja li kien it-tieni l-aktar veloċi wara l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull). 

Iċ-champion tad-dinja Verstappen iddomina l-kwalifikazzjoni fix-xita u għe­leb lil Leclerc b’0.595 sekondi iżda ngħata penalitá tal-grid ta’ 10 postijiet talli qabeż l-ammont permess tiegħu ta’ komponenti tal-magna.

Għaldaqstant, il-Ferrarista ġie dikjarat “rebbieħ” b’ħin ta’ minuta u 53.754 sekondi.  

Il-Messikan, Sergio Perez tar-Red Bull, kien it-tielet l-iktar veloċi, u għalhekk ġie promoss fl-ewwel filliera flimkien ma’ Le­c­lerc.

Il-Brittaniku, Lewis Hamilton (Mer­cedes) se jibda mit-tielet pożizzjoni u se jkun segwit miż-żewġ sewwieqa tal- McLaren, il-Brittaniku Lando Norris u l-Awstraljan Oscar Piastri. 

Din se tkun l-aħħar tiġrija qabel il-waqfa tas-sajf u għaldaqstant il-mistoqsija hija jekk Verstappen huwiex se jkun kapaċi jirbaħ wara li ġie relegat fl-10 pozizzjoni minħabba l-penalitá. 

Dawn il-provi uffiċjali saru taħt xita kontinwa u saħansitra ġew sospiżi sakemm bat­tiet.

Il-klassifika ta’ fuq hija: 265 – Max Verstappen; 189 – Lando Norris; 162 – Charles Leclerc; 154 – Carlos Sainz.  

Ekonomija

Sport