Wednesday, December 18, 2024

Charles Leclerc jirbaħ il-Grand Prix tal-Awstralja

Aqra wkoll

Is-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc, rebaħ il-Grand Prix tal-Awstralja biex kabbar il-vantaġġ tiegħu fil-kampjonat tal-Formula Wieħed.

Leclerc temm rebħa impressjonanti bil-Messikan Sergio Perez itemm fit-tieni post, segwit miż-żewġ sewwieq Britanniċi,  George Russell u Lewis Hamilton.

Iċ-champion tad-dinja Max Verstappen naqas milli jispiċċa t-tiġrija għat-tieni darba fi tliet tiġrijiet minħabba li kellu jirtira wara d-19-il dawra. 

Leclerc, li rebaħ żewġ tiġrijiet f’dan l-istġun għandu 71 punt u għandu vantaġġ ta’ 34 punt fuq l-eqreb rivali tiegħu, Russell. 

Fit-tielet post hemm l-Ispanjol Carlos Sainz Jr, bi 33 punti filwaqt Verstappen għandu 25 punt. Hamilton, li huwa l-akbar diżappunt s’issa, jinsab fil-ħames post bi 28 punt. 

Is-sewwieq tal-Ferrari kien fil-kontroll totali tat-tiġrija u qatt ma deher f’xi periklu li seta’ jiġi milħuq. 

Verstappen jinsab 46 punt – kważi żewġ rebħiet ċari – wara Leclerc wara biss tliet tiġrijiet tal-istaġun.

Sergio Perez tar-Red Bull spiċċa t-tieni wara li rebaħ battalji mas-sewwieqa tal-Mercedes George Russell u Lewis Hamilton.

B’mod notevoli, fil-kuntest tal-bidu diżappuntanti tal-istaġun tal-Mercedes, Russell jinsab it-tieni fil-kampjonat tas-sewwieqa f’dan l-istadju bikri u l-Mercedes it-tieni fil-ġiri tal-kostrutturi.

Ekonomija

Sport