Is-sewwieq minn Monaco tal-Ferrari, Chales Leclerc, rebaħ il-pole position fil-Grand Prix ta’ Spanja li se jsir fiċ-ċirkwit ta’ Katalunja meta kiseb l-aħjar ħinijiet fil-provi uffiċjali minkejja li kellu inċident żgħir. Huwa waqqaf l-arloġġ f’ħin ta’ 1:18.750.
Huwa wettaq prestazzjoni mill-aqwa biex għeleb lir-rival dirett tiegħu, l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull) li se jibda mit-tieni pożizzjoni.
Verstappen kien l-aktar veloċi fl-ewwel dawra iżda l-magna tiegħu ma baqgħetx daqstant b’saħħitha biex ma setax jirrispondi għall-pass ta’ Leclerc.
Il-Britanniku George Russell (Mercedes) temm fir-raba’ post għall-aqwa prestazzjoni tal-istaġun.
Il-kompatrijott u l-kollega tiegħu, Lewis Hamilton, kien is-sitt l-iktar veloċi, wara l-Messikan Sergio Perez tar-Red Bull.
Mit-tielet pożizzoni se jibda l-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari) li se jkun qed itellaq f’pajjżu stess.