Tuesday, December 24, 2024

Charmaine Gauci tfakkar dwar l-importanza li jintlibsu l-maskri hekk kif minn għada jitnaqqsu l-miżuri

Aqra wkoll

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika waqt ir-rendikont ta’ kull jum qalet li minn 1,071 swab tests kien hemm disa’ persuni li rriżultaw pożittivi. Hija ħabbret ukoll li kien hemm 13-il persuna li rriżultaw li fiequ.

Infettati bla ma wrew sintomi:

Rigward il-każijiet il-ġodda, kien hemm ħamsa li ma kellhomx sintomi, tnejn b’sintomi ħfief u tnejn oħra li kellhom is-sintomi.
Malti ta’ 22 sena. Dan l-istudent rriżulta pożittiv u l-awtoritajiet għaddejjin bil-contact tracing ta’ erbat iħbieb tiegħu u membri tal-familja.
Malti ta’ 33 sena li ħareġ pożittiv minn testijiet li qed isiru.
Malti ta’ 30 sena li wkoll rriżulta pożittiv minn enhance testing li qed isir.
Raġel ta’ 27 sena. Għaddejjin b’contact tracing tal-familja tiegħu.
Spanjola ta’ 21 sena li ma kellha l-ebda sintomi. Għaddejjin b’contact tracing ta’ dawk li ed jgħixu magħha.

Infettati b’sintomi ħfief:

Maltija ta’ 19-il sena li rriżultat pożittiva minn testijiet li qed isiru qabel operazzjoni. Meta mitkellma hija qalet li kellha xi sintomi fil-25 t’April. Hija ma kinitx qed tmur xogħol u qed isir contact tracing ma’ dawk qrib tagħha.
Malti ta’ 45 sena li rriżulta pożittiv ukoll. Huwa qal li kellu xi sintomi fit-30 t’April.

Infettati bis-sintomi:

Maltija ta’ 35 sena li fit-2 ta’ Mejju kellha s-sintomi. Hija marret tagħmel it-test u rriżultat pożittiva. Qed isir contact tracing.
Malti ta’ 18-il sena li fid-29 t’April kellu s-sintomi. Huwa ma kienx qed imur xogħol u qed issir contact tracing fil-familja.

Il-maskra:

Il-maskra inti se tkun qed tipproteġi lil dawk ta’ madwarek. Gauci spjegat li jekk kulħadd se jkun qed jilbes il-maskra se nkunu qed nipprevjenu li jinfired il-virus. Gauci spjegat li l-importanti, li d-drapp ikun 100% cotton, bi tlieta sa erba’ saffi fuq xulxin. Rigward is-surgical masks, hija qalet li dawn jintremew wara li jintlibsu. Oħrajn li huma tad-drapp jistgħu jinħaslu u għalhekk dawn għandhom jinħaslu f’temperatura ta’ 60 grad.

Rigward il-visors, Gauci qalet li dawn jistgħu jintlibsu u kull darba li jintużaw dawn jintmesħu sew bl-alkaħol.

Ekonomija

Sport