Sunday, November 10, 2024

Cheetah il-fekruna li ġiet rilaxxata lura fil-baħar

Aqra wkoll

Cheetah, il-fekruna ta’ 15-il sena li kienet instabet f’Diċembru li għadda kważi mejta wara li kienet ikkonsmat skart tal-plastik reġgħet ġiet rilaxxata fil-baħar, mill-Wildlife Rehab Project, wara sitt xhur ta’ kura.

Wara li ġiet salvata Cheetah kienet ġiet salvata u ttieħdet fiċ-ċentru tar-rijabilitazzjoni.

Il-Wildlife Rehab Centre Project, huwa operat minn Nature Trust Malta bis-sapport finanzjarju tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.

Il-Kap Eżekuttiv u l-President tan-Nature Trust Malta, appella lis-sidien tad-dgħajjes sabiex isuqu b’kawtela, hekk kif dawn jistgħu jikkawżaw diversi inċidenti.

Il-Kap Eżekuttiv tal-ERA, Kevin Mercieca, semma kif l-Awtorità tagħmel addottat diversi strateġiji sabiex jitnaqqas l-iskart u jiġi protett b’mod aħjar l-ambjent Malti.

Sport