Thursday, December 19, 2024

Chelsea champions tad-dinja tal-clubs

Aqra wkoll

Ir-rebbieħa taċ-Champions League, Chelsea, huma ċ-champions tad-dinja l-ġodda tal-clubs meta l-bieraħ għelbu lir-rebbieħa tat-Tazza Libertadores, Palmeiras, 2-1 wara l-ħin barrani fl-Emirati Għarab Magħquda.

Wara taqsima bla goals kienu Chelsea li fetħu l-iskor minn Romelu Lukaku (55) iżda disa’ minuti wara Raphael Veiga (64) kiseb id-draw għal Palmeiras minn penalty wara li Thiago Silva mess il-ballun b’idu fil-kaxxa.

Il-logħba kienet waħda ferm missielta bid-difiżi rispettivi ma jċedux pulzier tant li kel­lha tidħol fil-ħin barrani u anke dehret li setgħet tmur għal penalty shoot-out.

Iżda fil-117-il minuta Chelsea ngħataw penalty għal ‘hands’ li ġie skorjat minn Kai Havertz li tefa’ lill-goalkeeper in-naħa l- oħra.

Dan huwa t-tielet unur li l- manager Thomas Tuchel rebaħ mal-Blues wara ċ-Champions Lea­gue u s-Super Cup.

*Fil-partita għat-tielet post Al Ahly Cairo għelbu lil Al Hilal Riyadh bl-iskor kbir ta’ 4-0 wara li sal-mistrieħ kienu tliet goals minn fuq li ġew minn Yasser Ahmed Ibrahim El Hanafi (8, 17), Ahmed Abdelkadar (40) u Amr Al Sulaya (64).

Al Hilal kellhom żewġ players imkeċċija, Matheus Pereira (14) u Mohamed Kanu (28).

Ekonomija

Sport