Thursday, November 7, 2024

Chelsea f’negozjati kuntrattwali ma’ N’Golo Kante

Aqra wkoll

Chelsea jinsabu f’negozjati kuntrattwali mal-midfielder ewlieni, N’Golo Kante.

Il-player ta’ 30 sena kien player vitali għall-Blues sa minn meta ngħaqad magħhom mingħand Leicester City fl-2016, u għamel 221 dehra għall-club, meta rebaħ il-Premier League, l-FA Cup, iċ-Champions League u l-Europa League waqt iż-żmien tiegħu fi Stamford Bridge.

Il-ftehim eżistenti ta’ Kante mal-ġganti ta’ Londra għandu jiskadi f’Ġunju 2023, madankollu, li jfisser li, kif inhu hekk, huwa jkun liberu li jiddiskuti ftehim ta’ qabel il-kuntratt ma’ club barrani f’Jannar 2022.

Chelsea qed ‘jaħdmu fuq ftehim ġdid’ għall-internazzjonali ta’ Franza, li bħalissa jisnab barra mill-azzjoni minħabba injury fl-għaksa.

Kante kien eskluż mill-konfront tal-Premier League tas-Sibt kontra Aston Villa iżda jista’ jirritorna fil-ground kontra Zenit St Petersburg fiċ-Champions League il-ġimgħa d-dieħla.

Chelsea bħalissa wkoll jinsabu f’taħditiet mad-difensur Ġermaniż Antonio Rudiger iżda jidher li qed isibuha diffiċli biex jaslu għal ftehim dwar kuntratt ġdid miegħu.

Sport