Il-Premier League qed jinvestiga ksur potenzjali tar-regoli finanzjarji minn Chelsea.
Chelsea ġew immultati £8.6 miljuni mill-UEFA, f’Lulju, talli kisru r-regoli tal-Fair Play Finanzjarju bħala riżultat li “issottomettew informazzjoni finanzjarja mhux kompluta” bejn l-2012 u l-2019.
Dan il-ksur ta’ regoli kienu rrappurtati mis-sjieda l-ġdida ta’ Stamford Bridge wara l-bejgħ tal-club, f’Mejju li għadda.
Huwa mifhum li nnotifikaw ukoll lill-Premier League bi kwistjonijiet simili.
Il-kampjonat issa qed iħares lejn jekk akkużi konkreti, bħal dawk li qed jiffaċċjaw Manchester City u Everton, humiex xierqa.
Il-multa inizjali kienet relatata ma’ perjodu ta’ seba’ snin meta Roman Abramovich kellu l-kontroll tal-club.
Abramovich biegħ lil Chelsea lil konsorzju mmexxi mill-investitur Amerikan, Todd Boehly, u d-ditta tal-ekwità privata Clearlake Capital.
Chelsea qalu li “ikkooperaw u għenu bis-sħiħ lill-UEFA” fl-investigazzjonijiet tagħhom u “daħlu fi ftehim ta’ soluzzjoni” mal-korp governattiv.
Il-clubs jistgħu jiġu mmultati u jingħataw tnaqqis ta’ punti jekk jinstabu ħatja li kisru r-regoli finanzjarji.
Iċ-champions tal-Premier League, Manchester City, ġew akkużati b’aktar minn 100 ksur tar-regoli finanzjarji fi Frar. Iżda l-club ċaħad li qarra b’mod finanzjarju.
F’Mejju, Everton ġew riferuti lil kummissjoni indipendenti mill-Premier League fuq allegat ksur tar-regoli tal-Fair Play finanzjarju. Huma ċaħdu wkoll l-għemil ħażin.