L-isforzi ta’ Liverpool biex jiffirmaw lill-midfielder difensiv, Romeo Lavia, mingħand Southampton ħadu daqqa ta’ ħarta kbira hekk kif Chelsea għamlu offerta ta’ £48 miljun.
Iżda filwaqt li s-Saints għadhom jinsistu li jridu £50 miljun ta’ dan il-player ta’ 19-il sena, Liverpool kellhom tliet offerti miċħuda u waslu biss ta’ £46 miljun.
Peró, il-player innifsu qed isostni li jrid jingħaqad ma’ Liverpool.
Issa se tkun taqtiegħa li min minnhom jilħaq it-talba ta’ Southampton, jingħalqu n-negozjati.
Ironikament, iż-żewġ timijiet se jilagħbu kontra xulxin nhar il-Ħadd li ġej fil-Premier League, hekk kif Chelsea jospitaw lil Liverpool.