Chelsea fallew bl-aħħar tentattiv biex jikkonvinċu lil Andreas Christensen biex jiffirma kuntratt ġdid maċ-champions Ewropej u mondjali.
Il-ftehim tal-internazzjonali Daniż fi Stamford Bridge għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu fl-aħħar ġimgħat.
Barcelona qabżu lil Bayern Munich fit-tellieqa għad-difensur, bil-ġganti Katalani maħsub li poġġew kuntratt ta’ ħames snin fuq il-mejda.
Id-Daniż issa jinsab viċin li jiffirma ftehim mat-team immexxi minn Xavi, li mistenni jmur jilgħab fil-Camp Nou għall-istaġun 2022-23.
Chelsea nedew l-aħħar tentattiv biex iżommu lill-player ta’ 25 sena fi Stamford Bridge iżda ġew infurmati li kien tard wisq, bi Christensen diġà jisnab ħerqan li jilgħab ma’ Barcelona. Id-difensur ċentrali reġa’ kien regolari għat-team ta’ Thomas Tuchel matul l-istaġun 2021-22, u għamel 26 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, iżda lagħab darba biss fil-Premier League mill-aħħar ta’ Diċembru minħabba