Chelsea bdew proċeduri dixxiplinari kontra l-midfielder, Enzo Fernandez, wara li tella’ filmat fuq il-media soċjali li l-Federazzjoni Franċiża tal-Football qalet li kien jinkludi allegat kant “razzista u diskriminatorju”.
L-FFF qalet li se tressaq ilment quddiem il-FIFA dwar il-filmat li fih kanzunetta kantata minn xi wħud mill-iskwadra tal-Arġentina dwar il-players suwed ta’ Franza.
Il-kollega ta’ Fernandez fl-iskwadra ta’ Chelsea, Wesley Fofana, li lagħab partita waħda għal Franza, poġġa immaġini tal-filmat fuq Instagram, u ddeskrivieh bħala “razziżmu bla preċedent”.
Fernandez – li ffirma mal-Pensioners għal somma rekord Britanniku ta’ £107 miljun, fi Frar 2023, qal li huwa “verament jiddispjaċih” għall-filmat li poġġa hekk kif l-Arġentina ċċelebrat ir-rebħ tal-Copa America.
Il-FIFA qed tinvestiga wkoll il-filmat, li fih diversi membri tal-iskwadra tal-Arġentina jieħdu sehem f’kanzunetta li oriġinarjament kantata mill-partitarji tal-Arġentina u li qed jiddubitaw il-wirt tal-players ta’ Franza suwed u ta’ razza mħallta.