Friday, December 27, 2024

Chelsea jidentifikaw lil Josko Gvardiol bħala sostitut ta’ Antonio Rudiger

Aqra wkoll

Chelsea identifikaw lid-difensur ta’ RB Leipzig, Josko Gvardiol, bħala sostitut potenzjali għal Antonio Rudiger.

Bil-internazzjonali Ġermaniż jidher ferm viċin li jiffirma ma’ Real Madrid bi free transfer, il-manager Thomas Tuchel baqa’ jfittex alternattiva li tista’ tilgħab fuq in-naħa tax-xellug f’difiża ta’ tlieta.

Chelsea diġà ġew marbuta ma’ bosta difensuri, fosthom Jules Kounde u Pau Torres, iżda jidher li tista’ tiġi kkunsidrata għażla iżgħar fl-etá.

Jidher li Gvardiol huwa meqjus bħala għażla b’saħħitha biex jieħu post Rudiger, kif ukoll fuq in-naħa tax-xellug f’difiża ta’ erbgħa.

Il-club minn Londra diġà skopra lill-player f’diversi okkażjonijiet, għalkemm l-ammirazzjoni tagħhom mhux bilfors se twassal biex jiġi ffinalizzat ftehim bejn iż-żewġ naħat.

Gvardiol, li għalaq 20 sena biss f’Jannar li għadda, fadallu inqas minn sena f’kuntratt ta’ ħames snin, u jħalli lil Leipzig f’pożizzjoni fejn jistgħu jitolbu ferm aktar mis-€16-il miljun, flimkien ma’ bonuses, li ħallsu biex jakksietawh mingħand il-ġganti Kroati ta’ Dinano Zagreb.

Ekonomija

Sport