Chelsea qed jikkontemplaw jekk jagħmlux offerta f’Jannar għall-midfielder ta’ Monaco, Aurelien Tchouameni.
Wara li diġà rebaħ seba’ dehriet għal Franza, il-player ta’ 21 sena mistenni jirċievi bosta offerti biex jitlaq minn Monaco matul it-twieqi tat-trasferimenti li ġejjin.
Filwaqt li Tchouameni fadallu sentejn u nofs fil-kuntratt tiegħu, il-club tiegħu tal-Ligue 1 jista’ jkun lest li jċedi lill-player għall-prezz it-tajjeb.
Chelsea lesti jittestjaw id-determinazzjoni ta’ Monaco ix-xahar id-dieħel hekk kif qed jippjanaw minn qabel għal tluq futur f’nofs il-ground.
Chelsea jistennew li mill-inqas wieħed minn Jorginho, Mateo Kovacic u N’Golo Kante – ta’ 30, 27 u 30 sena rispettivament – jitlaq minn Stamford Bridge fit-12-il xahar li ġejjin.
Chelsea jingħad ukoll li huma lesti li jħallu lil Tchouameni jibqa’ misluf ma’ Monaco għall-kumplament tal-istaġun jekk ikunu jistgħu jiftiehmu dwar ftehim.