Chelsea se jikkunsidraw li jagħmlu offerta għad-difensur ċentrali ta’ Juventus, Matthijs de Ligt, wara l-insegwiment fallut tagħhom ta’ Jules Kounde ta ’Sevilla.
Il-Blues kienu ħerqana li jakkwsitaw difensur ċentrali matul is-sajf, b’Kounde maħsub li kien il-mira primarja tagħhom, madankollu huma rrifjutaw li jissodisfaw il-klawsola ta’ release ta’ £68 miljun tal-Franċiż.
It-team immexxi minn Thomas Tuchel huwa ‘interessat ħafna’ f’De Ligt u issa Chelsea poġġew lit-player ta’ 22 sena fil-quċċata tal-lista ta’ xewqat tagħhom.
Il-manager Ġermaniż diġà għandu għad-dispożizzjoni tiegħu lil Thiago Silva, Antonio Rudiger u Andreas Christensen – li s’issa kollha impressjonaw matul dan l-istaġun – filwaqt li players bħal Cesar Azpilicueta u Trevor Chalobah dehru wkoll fil-qalba tad-difiża matul dan l-istaġun.
Madankollu, il-futur ta’ Rudiger fi Stamford Bridge bħalissa huwa inċert, bil-player ta’ 28 sena għad irid jestendi l-kuntratt tiegħu li jiskadi fis-sajf li ġej.
It-tluq potenzjali ta’ Rudiger x’aktarx jara lill-Blues jimbuttaw biex jiffirmaw sostitut fl-2022, u fil-preżent identifikaw lil De Ligt bħala d-difensur ċentrali li jixtiequ jattiraw lejn Londra.
De Ligt, li ngħaqad ma’ Juventus fl-2019 mingħand Ajax, għamel 80 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha għall-Bianconeri u lagħab ukoll 31 darba għat-team nazzjonali Olandiż.