Rapporti qed isostnu li Chelsea laħqu ftehim ma’ Benfica biex jakkwistaw lill-midfielder internazzjonali Arġentin, Enzo Fernandez, mingħand Benfica għal somma rekord ta’ £115-il miljun.
Fernandez kien wieħed mill-miri ewlenin tat-trasferimenti ta’ Chelsea f’Jannar, iżda s’issa kienu “frustrati” fl-isforzi tagħhom biex jiffirmaw lr-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja.
Dan minħabba li Benfica kienu qed jistennew lill-Pensioners biex jagħmlu offerta akbar wara li t-taħditiet waqfu aktar kmieni matul dan ix-xahar … iżda f’dawn l-aħħar jiem Chelsea ressqu offerta fenomenali.
Iż-żewġ clubs qablu fuq din is-somma hekk kif din is-somma se titħallas f’pagamenti.
Issa jeħtieġ biss li jiġi ttimbrat u ffirmat mill-president Rui Costa, li ddikjara pubblikament li player ta’ 22 sena ma kienx se jħalli lill-club sakemm ma jkunx fuq termini tal-club.
Dan it-trasferiment ifisser li se jikser ir-rekord ta’ Manchester City meta kienu akkwistaw lil Jack Grealish għal £100 miljun mingħand Aston Villa.
It-termini personali ilhom miftiehma ma’ Fernandez, li tilef it-taħriġ ma’ Benfica nhar it-Tnejn, u fadal ħin biżżejjed biex il-ftehim jiġi ffinalizzat qabel ma tingħalaq it-tieqa tat-trasferimenti tax-xitwa nhar it-Tlieta bil-lejl.