Chelsea ngħaqdu fit-tellieqa biex jiffirmaw lill-captain ta’ Napoli, Lorenzo Insigne.
Il-winger huwa lest li jitlaq lit-team tas-Serie A fl-aħħar tal-istaġun meta jiskadi l-kuntratt tiegħu għax ma jifilħux joffrulu ftehim ġdid.
Arsenal u Tottenham Hotspur diġà ġew marbuta ma’ pass għal Insigne, li ilu ma’ Napoli mill-età ta’ 15-il sena.
Chelsea huma wkoll interessati li jiffirmaw lill-player ta’ 30 sena biex iżidu mal-għażliet fl-attakk tagħhom.
L-assenza riċenti ta’ Mason Mount wasslet lil Thomas Tuchel biex ifittex għażla kreattiva oħra fl-attakk.
Huwa mifhum li Timo Werner u Hakim Ziyech it-tnejn jistgħu jitilqu minn Stamford Bridge biex jagħmlu spazju għal Insigne.
L-internazzjonali Taljan għamel 405 apparenza għal Napoli, fejn skorja 111-il goal.