Jidher li Chelsea jippreferu jbigħu lil Jorginho iktar milli lil N’Golo Kante matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.
Huma mifhum li l-manager Thomas Tuchel lest jagħmel bidliet kbar fl-iskwadra tiegħu fi sforz biex inaqqas id-distakk minn ma’ Manchester City u Liverpool.
Filwaqt li d-difiża tibqa’ prijorità, huma mistennija li jsiru alterazzjonijiet f’nofs il-ground b’Tuchel ikollu bżonn jiffaċilita r-ritorn ta’ Conor Gallagher mill-espejerjenza ta’ self tiegħu ma’ Crystal Palace u l-potenzjal ta’ player ieħor iżgħar li jingħaqad mal-Blues.