Thursday, May 29, 2025

Chelsea jirbħu l-UEFA Conference League

Aqra wkoll

Real Betis ……1

Chelsea ……….4

Chelsea saru r-raba’ team li rebaħ il-UEFA Confe­rence League meta fil-Miej­ski Stadium fil-belt ta’ Wraclow, fil-Polonja, dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Real Betis bl-iskor ta’ 4-1 bil-goals tagħhom jaslu fit-tieni taqsima.

Real Betis ma setgħux kellhom bidu aħjar meta wara biss tmien minuti huma fetħu l-iskor meta Abde Ezzalzouli kkonkluda minn tarf il-kaxxa wara li rċieva mingħand Isco wara li d-difensur ta’ Chelsea, Malo Gusto, tilef il-pussess tal-ballun fi tliet kwarti ta’ ground. 

Fl-24 minuta, l-Ispanjoli resqu viċin li jirduppjaw me­ta Ezzalzouli għadda lejn Johnny Cardoso iżda minn pożizzjoni ferm ideali falla l-mira.    

Fit-tieni taqsima, Chelsea għamlu reazzjoni u fil-65 minuta kisbu d-draw minn daqqa ta’ ras ta’ Enzo Fernandez mill-cross ta’ Cole Palmer. 

Ħames minuti wara, Palmer reġa’ kien il-prota­gonista meta dar mal-avversarju, Jesus Rodriguez, qabel dendel cross fejn Nicolas Jackson laħaq l-ewwel fuq il-ballun li ħabat ma’ sidru u għeleb lill-goalkeeper Adrian.   

Fis-77 minuta minuta, Chelsea setgħu għalqu l- logħba iżda quddiem il-lasti Ni­colas Jackson laqat il- ballun ħażin.

Iżda fit-83 minuta, Jadon Sancho żied ieħor minn pożizzjoni angolata filwaqt li fit-92 minuta, Moises Cai­cedo, issiġilla r-rebħa.  

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport