Saturday, December 21, 2024

Chelsea jirbħu t-taqtiegħa għall-istilla tal-futur Andrey Santos

Aqra wkoll

Chelsea rebħu t-taqtiegħa għall-istilla tal-futur, il-Brażiljan Andrey Santos, mingħand Vasco da Gama. 

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa prospetti tal-Brażil li dan l-istaġun bbrilla fil-kampjonat Brażiljan minkejja l-età tenera tiegħu.

Santos ġibed interess mifrux minn clubs madwar l-Ewropa inklużi Paris Saint-Germain, Barcelona, ​​​​Newcastle United u Manchester City.

Iżda kienu Chelsea li rebħu l-firma tiegħu u issa laħqu ftehim li jħallsu lil Vasco is-somma ta’ €20 miljun għas-servizzi tiegħu. 

Għaldaqstant fil-jiem li ġejjin Santos għandu jmur Londra biex isirlu t-test mediku qabel jiffirma l-kuntratt tiegħu.

Huwa kien iffirma estensjoni tal-kuntratt ma’ Vasco f’Settembru li kien se jżommu marbut mal-club sal-2027 bi klawsola ta’ €50 miljun.

Santos irrappreżenta lit-team nazzjonali Brażiljan fil-livelli ta’ Taħt is-16 u l-20 sena.

Ekonomija

Sport