Saturday, December 28, 2024

Chelsea jirreġistraw telf ta’ £145.6 miljuni

Aqra wkoll

Iċ-champions tal-Ewropa, Chelsea, ħab­bru telf ta’ £145.6 miljuni wara t-taxxa minkejja li kellhom fatturat ta’ £416.8 miljuni. Dan żdied minn £387.8 miljuni għal £416.8 miljuni grazzi għal żieda fid-dħul mix-xandir.

Iżda l-club jgħid li l-logħob mingħajr spettaturi minħabba l-Covid-19 u tnaqqis fil-profitt fuq il-bejgħ tal-players kienu r-raġunijiet ewlenin għat-telf.

Chelsea FC PLC qed tkompli tkun appoġġjata finanzjarjament minn Fordstam Limited, kumpanija proprjetà ta’ Roman Abramovich – b’konferma fil-kontijiet li l-club għandu jagħti aktar minn £1 biljun lil “kumpaniji relatati”.

Il-kontijiet jgħidu wkoll li “l-kumpanija tiddependi fuq Fordstam Limited għall-appoġġ finanzjarju kontinwu tagħha”. Jgħid li Fordstam indikat li l-appoġġ se jkompli “għall-futur prevedibbli”.

Il-club qal li mit-30 ta’ Ġunju ffirma tliet players għal total ta’ £109.7m – l-attakkant Romelu Lukaku, il-goalkeeper Marcus Bettinelli u l-midfielder Saul Niguez, b’self mingħand Atletico Madrid.

Ekonomija

Sport