Chelsea jistgħu ikollhom jgħaddu mingħajr Romelu Lukaku għal xahar minħabba l-injury fl-għaksa li ġarrab l-Erbgħa filgħaxija.
Il-player ta’ 28 sena dam biss 22 minuta fil-partita taċ-Champions League kontra Malmo wara li kellu jħalli l-ground minħabba injury.
Il-manager Thomas Tuchel irrikonoxxa wara l-logħba li l-internazzjonali Belġjan u sieħbu tat-team Timo Werner jistgħu jqattgħu perjodu fuq il-bank.
Lukaku jista’ jkun sfurzat jitlef sa erba’ ġimgħat minħabba injury fl-għaksa, nofs dak iż-żmien jasal waqt il-waqfa internazzjonali.
B’hekk Lukaku mistenni jitlef ħames logħbiet kosnekuttivi qabel ma jkun jista’ jirritorna fl-azzjoni f’nofs Novembru.
Chelsea jiffaċċjaw triple header kontra Leicester City, Juventus u Manchester United fis-sebat ijiem wara l-waqfa internazzjonali li jmiss.