Sunday, November 10, 2024

Chelsea jiżnu offerta għad-difensur Sergino Dest

Aqra wkoll

Chelsea qed jiżnu offerta fis-sajf għad-difensur lemini ta’ Barcelona, Sergino Dest.

Il-Blues bħalissa ma jistgħux jakkwistaw players ġodda minħabba l-problemi amministrattivi tagħhom, iżda l-club qed jittama li fil-futur qrib ikun hemm riżoluzzjoni, li tippermettilhom jidħlu fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

Huwa mifhum li t-team immexxi minn Thomas Tuchel huwa interessat li jakkwista lil Dest fi Stamford Bridge, b’Barcelona maħsuba li jkunu miftuħa li jbigħuh matul is-suq tas-sajf.

Il-club Katalan jivvaluta lil Dest aktar minn €20m, iżda ż-żewġ partijiet jistgħu wkoll potenzjalment jinnegozjaw ftehim ta’ tpartit li jinvolvi kemm lil Cesar Azpilicueta kif ukoll lil Marcos Alonso.

Chelsea se jkollhom bżonn jirristrutturaw id-difiża tagħhom dan is-sajf, hekk kif kemm Antonio Rudiger kif ukoll Andreas Christensen se jkunu qed iħallu lill-club bi free transfers, b’dan tal-aħħar se jingħaqad ma’ Barcelona, filwaqt li Azpilicueta u Alonso huma maħsub li qed jimbuttaw li jħallu l-club qabel l-istaġun 2022-23.

Sport