Chelsea keċċew lill-manager Graham Potter wara inqas minn seba’ xhur fit-tmexxija wara t-telfa ta’ 2-0 f’darhom is-Sibt kontra Aston Villa.
Kienet il-11-il telfa ta’ Potter f’31 logħba minn meta ħa post Thomas Tuchel fi Stamford Bridge, fit-8 ta’ Settembru.
Chelsea niżlu fil-11-il post fil-Premier League – b’distakk ta’ 12-il punt mill-ewwel erbgħa – wara li nefqu aktar minn £550 miljun fuq akkwisti ġodda f’dan l-istaġun.
Is-sidien tal-club qalu li kienu “imdejqa” li jkeċċu lil Potter.
Chelsea qalu wkoll li Potter “qabel li jikkollabora mal-club biex jiffaċilita t-tranżizzjoni bla xkiel” u li Bruno Saltor, li ħadem ma’ Potter fit-team ta’ Brighton, se jieħu ħsieb it-team b’mod temporanju.
Fi stqarrija, is-sidien k Todd Boehly u Behdad Eghbali qalu: “Għandna l-ogħla stima ta’ rispett lejn Graham bħala coach u bħala persuna.
“Hu dejjem mexxa lilu nnifsu bi professjonalità u integrità u aħna lkoll diżappuntati b’dan l-eżitu.”
Chelsea jilqgħu lil Liverpool fil-Premier League nhar it-Tlieta u jiffaċċjaw lil Real Madrid fl-ewwel leg tal-kwarti finali taċ-Champions League tagħhom fit-12 ta’ April.
S’issa kien hemm 13-il bidla maniġerjali fil-Premier League f’dan l-istaġun – tlieta aktar minn kwalunkwe staġun ieħor preċedenti – b’Leicester ukoll ikeċċu lil Brendan Rodgers aktar kmieni nhar il-Ħadd.
“Flimkien mal-partitarji inkredibbli tagħna, ilkoll se nagħtu appoġġ lil Bruno hekk kif se niffukaw fuq il-kumplament tal-istaġun,” żiedu s-sidien ta’ Chelsea.
“Fdalna 10 partiti tal-Premier League kif ukoll irridu nilagħbu fil-kwarti-finali tal-UEFA Champions League.
“Se nagħmlu kull sforz sabiex inkunu nistgħu ntemmu l-istaġun fl-ogħla livell.”
Potter rebaħ 12-il logħba minn massimu ta’ 31 fil-kompetizzjonijiet kollha u rnexxielu jikseb medja ta’ 1.27 punt f’kull logħba fil-Premier League.
Ghall grech u l pn il haddiem ma jezistix.Grech ghall 12 il sena ma hallas taxxa u I Insurance.Dak ma jimpurtax.Nesa li l ministri u segretarji tal pn hadu €601.16 u lill haddiem tawh biss €1.16.Anke hbew din iz zieda minn. Shabhom il membri parlamentari.