Sunday, November 24, 2024

Chelsea jkeċċu lil Thomas Tuchel

Aqra wkoll

Chelsea keċċew il-coach, Thomas Tuchel, wara t-telfa ta’ 1-0 kontra Dinamo Zagreb valida mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.

Din it-tkeċċija ġiet wara 100 jum mit-tmexxija tas-sid il-ġdid, Todd Boehly, li fihom Tuchel mexxa lit-team għal seba’ partiti.

Bħalissa Chelsea jinsabu fis-sitt post fil-Premier League u kellhom bidu mill-aktar diżappuntanti fil-UEFA Champions League meta sfaw megħluba minn team tat-tielet livell Ewropew.

Starrija tal-club kienet tgħid: “F’isem kulħadd fil-club ta’ Chelsea FC, il-bord tad-diretturi jixtieq juri l-gratitudni lejn Thomas Tuchel u l-istaff tiegħu għall-isforzi kollha tagħhom matul iż-żmien li kellhom fil-club.

“Thomas se jkollu post fl-istorja ta’ Chelsea hekk kif mexxa lit-team għar-rebħ tal-UEFA Champions League, is-Super Cup Ewropea u t-Tazza tad-Dinja tal-Clubs.”

L-għażla tas-suċċessur ta’ Tuchel se taqa’ fuq Mauricio Pochettino (liberu) jew Graham Potter (Brighton)

Sport