Sunday, December 22, 2024

Chelsea jkollhom iċedu lil N’Golo Kante jekk iridu jakkwistaw lil Declan Rice

Aqra wkoll

Huwa mifhum li Chelsea jkollhom iċedu lil N’Golo Kante sabiex jilliberaw spazju fl-iskwadra għal Declan Rice ta’ West Ham United.

L-ex player ta’ Leicester City tħabat ma’ diversi problemi ta’ injury matul dawn l-aħħar staġuni u issa jinsab fl-aħħar 18-il xahar tal-kuntratt tiegħu maċ-champions Ewropej.

Kante baqa’ player importanti għall-Blues meta ġie msejjaħ dan l-istaġun, fejn skorja żewġ hoals u pprovda żewġ assists fi 15-il partita tal-Premier League, iżda l-futur tiegħu fit-tul għadu mhux ċar.

Issa, Chelsea se jkollhom iċedu lil Kante jekk iridu jerġgħu jakkwistaw lil Rice, li mistenni jitlob somma ta’ disa’ ċifri biex jitlaq minn ma’ West Ham fis-sajf li ġej.

Il-manager tal-Hammers, David Moyes, saħaq li se jkunu meħtieġa “flus kbar” biex il-club tiegħu jissanzjona t-tluq ta’ Rice, b’Manchester United ukoll qed jiġġieldu għall-firma tal-player ta’ 23 sena.

Rice huwa prodott tal-akkademja ta’ Chelsea qabel ingħaqad mal-grupp taż-żgħażagħ ta’ West Ham fl-2013, u l-internazzjonali Ingliż qed jagħmel minn kollox biex jirritorna mal-ex club tiegħu.

Ekonomija

Sport