Fl-aħħar sigħat Chelsea għamlu approċċ biex jiksbu l-firma tal-attakkant internazzjonali Portugiż ta’ Milan, Rafael Leao.
Ir-Rossoneri ndikaw li dan il-player ta’ 23 sena għandu klawsola ta’ €150 miljun. Paris St-Germain huma wkoll interessati iżda l-club Taljan qed iwitti t-triq biex jiġġedded il-kuntratt tiegħu.
Min-naħa tagħhom, il-Pensioners mistennija joffru €120 miljun għal dan il-player li twieled f’Angola.
Proprjament Chelsea għandhom ukoll għażla oħra li joffru sitt players bi tpartit ma’ Leao. Dawn huma Michy Batshuayi, Armando Broja, Callum Hudson-Odoi, Hakim Ziyech, Conor Gallagher u Ross Barkley.
Il-valur tas-suq ta’ dawn il-players żgur li jissodisfaw il-kriterji tar-Rossoneri u għaldaqstant qed jistudjaw l-aħjar għażla.