Friday, November 15, 2024

Chelsea jridu jġeddu l-kuntratt ta’ Thomas Tuchel

Aqra wkoll

Chelsea jinsabu f’taħditiet biex iġeddu l-kuntratt tal-manager, Thomas Tuchel.

Il-coach Ġermaniż, li ħa t-tmexxija fi Stamford Bridge f’Jannar tal-2021, bħalissa għandu kuntratt sal-2024.

Inizjalment iffirma kuntratt ta’ 18-il xahar wara li ħa post Frank Lampard, imbagħad estendieh wara li ggwida lil Chelsea għat-titlu taċ-Champions League fl-2021.

“L-aġenti tiegħi jitkellmu mas-sidien għax huma jieħdu ħsieb in-negozjati. Peró ma naħsibx li se tkun diffiċli biex jintlaħaq ftehim għax jien ninsab kuntent fi Stamford Bridge. Jien irrid biss niffoka fuq it-team … xejn aktar,” qal Tuchel. 

Ekonomija

Sport