Chelsea se jippruvaw jiftiehmu mal-winger ta’ Athletic Club Nico Williams sabiex matul is-sajf li ġej jingħaqad magħhom. Il-plejer ta’ 22 sena kien ferm viċin li jmur ma’ Barcelona matul is-sajf li għadda iżda xejn ma seħħ.
Williams għadu qed jaħsibha x’għandu jagħmel għalkemm f’kumment li ta lill-ġurnalisti dwar dan is-suġġett, hu sostna li għalissa għadu kmieni u jrid jikkonċentra fuq l-istaġun li fadal minnu ma’ Athletic Club.