Chelsea jistgħu jingħataw l-opportunita’ li jiksbu l-firma tal-attakkant internazzjonali Portugiż Rafael Leao. Dan tal-aħħar jista’ jispiċċa fi ftehim sabiex Milan iżommu lil Joao Felix li qed jidher tajjeb ferm kemm ilu li ngħaqad mar-Rossoneri f’Jannar li għadda u hemm ix-xnigħat li jista’ jiffirma b’mod permanenti magħhom.
Chelsea iżda jridu lil Leao li jaf ikun fundamentali għall-attakk tagħhom matul l-istaġun li għadda. Iż-żewġ naħat se jibdew taħditiet fil-jiem li ġejjin.