Ritratt: ligue1.com
Chelsea qed isegwu l-iżvilupp tal-istilla ta’ Angers, Mohamed-Ali Cho.
Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena sar il-pedament tat-team ta’ Gerald Baticle fi Stade Raymond Kopa u kellu rwol ewlieni ma’ Angers għall-istaġun tal-Ligue 1 2021-22.
Cho beda seba’ mit-tmien logħbiet tal-kampjonat tat-tim tiegħu s’issa dan l-istaġun – u skorja goal wieħed f’rebħa ta’ 2-0 fuq Rennes – u l-wirjiet tiegħu ma għaddewx inosservati minn clubs oħra.
L-iscouts ta’ Chelsea qed iżommu għajnejhom mill-qrib fuq l-attakkant adolexxenti u kellhom kummenti ferm pożittivi dwar il-wirjiet tiegħu.
Cho huwa prodott tal-akkademja ta’ Paris Saint-Germain u Everton qabel ma ngħaqad mat-team taż-żgħażagħ ta’ Les Scoistes f’Jannar 2020, wara li sar l-iżgħar player fl-istorja tal-football Franċiż li ffirma kuntratt professjonali.
L-attakkant qabel kien jirrappreżenta lill-Ingilterra fil-livell ta’ taħt il-15-il sena u ta’ taħt is-16-il sena qabel ma ssejjaħ ma’ Franza, fejn kiseb l-ewwel żewġ dehriet tiegħu għat-team nazzjonali ta’ taħt il-21 sena x-xahar li għadda.