Id-diriġenti ta’ Chelsea qed isegwu sew il-profil tal-attakkant ta’ Atalanta Rasmus Hojlund. Dan tal-aħħar għad għandu 20 sena iżda diġa’ lagħab 28 partita mal-Bergamaschi filwaqt li skorja seba’ gowls.
Chelsea qed ifittxu attakkant hekk kif mhux beħsiebhom iżommu lil Romelu Lukaku li kien mistenni jiġi lura mis-self li għandu ma’ Inter.
Hojlund skorja wkoll ħames gowls f’erba’ partiti mat-tim nazzjonali Daniż li qed jarawh il-plejer tal-futur.