Chelsea huma lesti li jaħtru lil John Terry bħala coach tal-akkademja tal-club.
Il-leġġenda tal-Blues reċentement qatta’ żmien bħala assistant manager ta’ Dean Smith ma’ Aston Villa qabel ma rtira minn dak ir-rwol f’Lulju.
Terry jibqa’ ħerqan li jassigura l-ewwel pożizzjoni maniġerjali tiegħu kemm jista’ jkun malajr, x’aktarx fl-EFL.
Madankollu, Terry jinsab viċin li jirritorna f’Cobham.
Terry se jkun qed jaħdem biss ma’ players fl-akkademja mal-ex sħabu tat-team Petr Cech u Carlo Cudicini, li għandhom pożizzjonijiet fi Stamford Bridge, li jingħad li kellhom rwol ċentrali fir-ritorn imminenti ta’ Terry.
L-ex difensur ċentrali kien assoċjat l-aħħar ma’ Chelsea lura fi tmiem l-istaġun 2016-17 wara li għamel 717-il dehra mal-club.