Chelsea nfurmaw lil Lyon li huma lesti li jħallsu aktar minn £3m biex jakkwistaw lid-difensur, Emerson Palmieri.
Wara li ma kienx qed jiġi utilizzat b’mod regolari, Emerson tħalla jingħaqad ma’ Lyon Franċiż għall-istaġun 2021-22.
Madankollu, b’Chilwell ġie eskluż sal-istaġun li ġej b’injury fl-ACL, il-Blues m’għandhomx għażliet fil-wing-back tax-xellug, u dan jirriżulta f’Thomas Tuchel jidentifika lil Emerson bħala s-sostitut preferut tiegħu.
Lyon m’għandhom l-ebda obbligu li jippermettu lill-internazzjonali Taljan jirritorna fi Stamford Bridge, u ma jridux jitilfu lill-player ta’ 27 sena li kien regolari fil-formazzjoni inizjali tagħhom.
Dan irriżulta f’Chelsea li offrew lil Lyon ħlas ta’ €4m biex jutilizzaw lill-player tagħhom stess matul it-tieni nofs tal-istaġun.
Lyon diġà ċaħdu żewġ talbiet minn Chelsea, għalkemm iċ-champions Ewropej jistgħu jippersistu bl-isforzi tagħhom b’Tuchel dan l-aħħar tkellem dwar l-ammirazzjoni tiegħu lejn il-player.