Denis Zakaria irritorna ma’ Juventus wara l-perjodu ta’ self li kellu ma’ Chelsea. Dawn tal-aħħar iddeċidew li ma jġeddux iż-żmien tal-plejer mill-Iżvizzera sabiex issa jerġa’ jinsab f’Turin, temporanjament għad-dispożizzjoni tal-kowċ Massimiliano Allegri. Dan tal-aħħar probabbilment se javża lid-diriġenti tiegħu sabiex jitfgħuh fil-lista ta’ plejers li jiġu trasferiti.
Zakaria lagħab biss seba’ logħbiet ma’ Chelsea u ma skorja l-ebda gowl. Jidher li ma’ Juventus mhux tant se jsib post u għalhekk avventura ġdida għalih tista’ tagħmillu ġid.