Chelsea mhux qed jippjanaw li jestendu l-kuntratt ta’ N’Golo Kante fi Stamford Bridge, bil-midfielder ta’ esperjenza se jsir disponibbli bi free tarnsfer is-sena d-dieħla.
Il-player ta’ 31 sena ngħaqad mal-Blues f’Lulju 2016 wara li rebaħ it-titlu tal-Premier League ma’ Leicester City, u kien plejer vitali għall-ġganti tal-kapitali, fejn deher għalihom f’262 okkażjoni fil-kompetizzjonijiet kollha.
Madankollu, Kante kien ristrett għal żewġ dehriet biss f’dan l-istaġun, minħabba problema muskolari li żammietu barra mill-azzjoni minn nofs Awwissu li għadda.