Chelsea komplew jiddiżappuntaw meta marru għand Bournemouth u setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals.
Kienet partita mill-aktar monotona fejn iċ-ċansijiet ta’ skor kienu skarsi.
Filwaqt li Bournemouth għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa, Chelsea rreġistraw rebħa waħda biss minn ħames partiti minkejja li nefqu mijiet ta’ miljuni biex jiġu ffirmati akkwisti ġodda.
Il-Pensioners kienu l-aktar viċin ir-rebħ meta Raheem Sterling ġie mċaħħad mill-mimduda filwaqt li Levi Colwell kellu goal imħassar għal offside.