Tuesday, December 24, 2024

Chelsea qed jiffaċċjaw tnaqqis ta’ punti

Aqra wkoll

Chelsea qed jiffaċċjaw tnaqqis potenzjali ta’ punti hekk kif il-Premier League investiga ħlasijiet lil “kumpanija offshore sigrieta” matul l-era ta’ Roman Abramovich.

Skond il-media Ingliża, il-Premier League qed jinvestiga lil Chelsea għal ksur potenzjali tar-regoli finanzjarji fi żmien Abramovich fit-tmexxija tal-club.

Is-sidien il-ġodda tal-Blues, il-konsorzju mmexxi minn Todd Boehly, jingħad li rrappurtaw lill-club tagħhom stess lill-UEFA u lill-Premier League wara t-teħid tagħhom fis-sajf li għadda.

Fil-preżent Chelsea ma ġew akkużati b’xejn mill-Premier League, madankollu, jekk jinstabu ħatja ta’ ksur tar-regoli jistgħu jiffaċċjaw sanzjonijiet li jvarjaw minn multa sa tnaqqis ta’ punti.

Ir-rapport mill-media Ingliża għamel referenza għal ‘sorsi b’għarfien tal-każ’, li sostnew li ġew identifikati ħlasijiet lil madwar sitt kontijiet off-shore.

Barra minn hekk, l-iżbokk allega li l-ħlasijiet, li jammontaw għal miljuni, huma maħsuba li kieanu marbuta mat-trasferimenti ta’ players li ma jidhirx li ġew irreġistrati bħala parti mir-rappurtar finanzjarju annwali tal-club lill-Premier League, l-FA u l-UEFA. .

Ekonomija

Sport