Chelsea se jerġgħu jqajmu l-interess tagħhom fl-attakkant ta’ Juventus, Federico Chiesa s-sena d-dieħla, wara li naqsu milli jiffirmaw lit-Taljan matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.
Il-Blues huma maħsuba li poġġew offerta ta’ flus kbar fuq il-mejda għaż-żagħżugħ ta’ 23 sena matul is-sajf, iżda Juventus għamluha ċara li l-attakkant lemini ma kienx disponibbli għat-trasferiment.
Chiesa, li kellu rwol ewlieni fis-suċċess tal-Italja fil-Euro 2020, skorja darba f’erba’ dehriet fis-Serie A għat-team ta’ Massimiliano Allegri fil-bidu tal-istaġun 2021-22.
Chelsea ‘se jipprovaw jiskbu attakkant ġdid fix-xhur li ġejjin’, bil-Blues determinati li jġibu lill-attakkant fi Stamford Bridge fl-2022.
Madankollu, Bayern Munich u Liverpool huma wkoll ħerqana li jiksbu lit-Taljan, li huwa teknikament misluf ma’ Juventus mingħand Fiorentina, bil-ftehim li għandu jsir permanenti fis-sajf li ġej.
Chiesa skorja 15-il goal u rreġistra 10 assists f’47 dehra għall-Bianconeri fil-kompetizzjonijiet kollha.