Chelsea mistennija jħallu lill-plejer Portugiż Renato Veiga jitlaq minn Stamford Bridge, ftit xhur wara li ngħaqad magħhom. Fil-fatt hu laħaq lagħab seba’ logħbiet iżda ma skorja l-ebda gowl. L-għan hu li l-plejer li jilgħab bħala difensur jitlaq fuq kuntratt permanenti u hemm Borussia Dortmund li diġa’ lesti għalih.
Chelsea kienu qed jirċievu wkoll offerti minn klabbs oħra Ingliżi, Taljani u Franċiżi għal dan il-plejer li għandu 21 sena.