Chelsea u Barcelona ġew infurmati li jridu jagħmlu offerta formali għad-difensur ta’ Sevilla, Jules Kounde, matul il-ġimgħa d-dieħla.
Il-futur tal-player internazzjonali Franċiż ilu suġġett jaħraq għal dibattitu għal numru ta’ xhur, l-aktar minħabba l-interess li ilu għal żmien twil minn Chelsea.
Meta l-akkwist tal-Blues tlesta uffiċjalment fl-aħħar ta’ Mejju, deher li ftehim bejn il-partijiet rilevanti kien biss kwistjoni ta’ żmien iżda fil-fatt dan ma kienx il-każ.